Membri: Il-Lapes u Drinu.

Għal min jiftakar – https://www.youtube.com/watch?v=DsPEG3kfS-Q

X’taħsbu dwar il-Hip Hop f’Malta u r-rwol li għandu fil-liberta tal-espressjoni?

Il-Hip Hop Malti din l-aħħar sena ha spinta b’saħħitha immens. Aħna naħsbu li jinftiehem iktar bħala arti u jekk jibqa’ sejjer hekk il-futur se jkun ferm ikbar.

Ovvjament il-libertà tal-espressjoni għandha tkun hemm għal kull forma t’arti mhux għar-rap biss. Aħna nemmnu li 12650935_973505632716517_5196919784379425036_nrridu nibqgħu mmexxu x-xogħol ħalli l-arti dejjem titwassal kif tinħass bla limitazzjoni.

Dwar is-sett tagħkom waqt Kotra:

Is-sett tagħna se jkun imqassam tajjeb bħas-soltu. Diski li n-nies ġa semgħu u jistgħu jirrelataw magħhom, kif ukoll ħa nirrivelaw materjal ġdid.

Marmalja se jdoqqu f’Kotra ta’ din is-sena nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu fil-11.15pm, ir-Razzett l-Aħmar.

 

Author: Janica Spiteri

Related Posts