Membri – Joseph u Dwardu

Dwar – Mela aħna l-ewwel haġa ilna nafu lil xulxin żmien; infatti llum irrealizzajna li ilna nafu lil xulxin 13-il sena 13255983_1715400055385511_2530645298333444255_ngħax qatt ma qgħadna ngħoddu kemm ilna però l-grupp nista’ ngħid li ġie ffurmat riċenti 13-il sena wara fi żmien is-sajf tas-sena l-oħra u sempliċiment konna qegħdin nieħdu tazza nbid ixxamplati fejn il-baħar u konna qed nesprimu l-ideat tagħna u minn hemm, dakinhar stess, konna nafu biċ-ċert li ż-żmien wasal biex noħorġu aħna!!

Il-grupp huwa bbażat fuq hip hop bil-Malti għalissa ghax ’il quddiem hemm xi proġetti ppjanati anke għal xi diski bl-Ingliz. L-interess tagħna huwa li noħolqu stil ta’ hip hop xi ftit ribelluż u kemxejn satiriku, però hemm ukoll element sentimentali.

Taħsbu li stili ta’ mużika li ma tantx huma kummerċjali qed jingħataw spazju xieraq f’pajjiżna?

Aħna nemmnu li jekk il-grupp jibbaża fuq lirika addattata u livell ta’ produzzjoni tajba jista’ jasal fuq il-midja kollha Maltija. Fl-aħħar mill-aħħar jiddependi mill-materjal li ser toħroġ u kif dak il-materjal ser jolqot lill-udjenza.

Dwar is-sett tagħkom waqt Kotra:

10494523_1689135688011948_3291635634378153174_nSer ikun id-debut tal-album tagħna. Ser ikun hemm xi siltiet minnu, u xi siltiet tagħna tal-bidu. Ser ikun hemm ukoll xi diski li fihom ser nikkollaboraw waqt Kotra ma’ Shyli Cassar. Mill-bqija fl-aħħar mill-aħħar il-punt tagħna hu li naraw in-nies jaqbżu u jieħdu gost mad-diski tagħna.

Kapitlu Tlettax flimkien ma’ Shyli Cassar se jdoqqu f’Kotra ta’ din is-sena nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu fit-8pm, ir-Razzett l-Aħmar.

Author: Janica Spiteri

Related Posts