Membri – Selene (kant), Genzora Riot (baxx), Steve Lombardo (tnabar), Il-Baħri (kitarra/kant).

Dwar – RAS / RAGE AGAINST SOCIETY ilha ffurmata mill-1995 u għalkemm inbidlu ħafna membri, il-mużika 12813991_1061255503934645_8517976100646644877_nbaqgħet waħda ribelluża, b’lirika diretta dwar dak kollu li qed jiġri madwarna.

X’taħseb dwar ix-xena tal-punk f’Malta?

Ix-xena tal-punk f’Malta bdiet madwar 37 sena ilu u baqgħet b’saħħitha sa nofs it-tmeninijiet iżda mbagħad bdiet tmajna. L-uniku banda li baqgħet tagħti wirjiet kienet l-ABSTRASS. Minn nofs is-snin disgħin qamet ġenerazzjoni ġdida ta’ baned punk, mill-hc punk u ska u x-xena f’Malta ffjorixxiet b’ħafna baned, festivals, kunċerti, kotba, protesti, eċċ. Bħalissa naħseb m’hawnx iktar minn tużżana punks, imma naħseb li hawn nies mhux ħażin li jħobbu dan l-istil u jattendu gigs.

Inkun qed nigdeb jekk ngħid li hawn xi xena punk. Jekk mhux ser jkun hawn baned ġodda x-xena ser tispiċċa bħalma ġara fis-snin tmenin. Jien nipprova nagħmel li nista’ biex inħajjar lin-nies jattendu u jieħdu inizjattivi fid-dinja tal-punk.

12373153_1014078868652309_6386128716625487393_nIs-sett li ħa ndoqqu f’Kotra huwa kollu mis-CD il-ġdid li jismu REŻISTENZA. Ħa jservi ta’ promozzjoni għalina u min irid jixtri xi kopja ser ikollna magħna waqt il-kunċert. Id-diski huma ta’ ċertu saħħa, u l-lingwaġġ li jiġi mitkellem min-nies tat-triq. Lirika anarkika li ġġiegħlek tieqaf taħseb u tirrifletti.

RAS se jdoqqu f’Kotra ta’ din is-sena nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu fid-9pm, ir-Razzett l-Aħmar.

Author: Janica Spiteri

Related Posts