Membri: Daniel Cauchi u Kris Spiteri

Dwar: Kris Spiteri ngħaqad ma’ Daniel Cauchi f’dan il-proġett biex jirrekordjaw l-album tagħhom Lukanda 12295508_899218863505523_4182451947164801845_nPropaganda. Il-pjattaforma hija adult contemporary (mużika kontemporanja għall-adulti) u l-kanzunetti, miktuba minn Spiteri, huma msejsa fuq il-lirika.

L-album hu xi ftit jew wisq influwenzat minn sitwazzjonijiet soċjali u kulturali Maltin daqskemm mix-xena internazzjonali. Barra minn dan, fih ukoll kanzunetti li jirriflettu xi ċirkostanzi personali u interpersonali.

Il-ktejjeb tal-album iddisinjah Steve Bonello, li b’reqqa kbira fassal disinji li jiddeskrivu kull kanzunetta.
Dan il-proġett kellu wkoll ix-xorti li jsir b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali kemm fl-irrekordjar tal-album u kemm fit-tnedija tieghu. Din l-impriża kienet sponsorjata mill-Malta Arts Fund.

Kafena se jdoqqu f’Kotra ta’ din is-sena nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu fl-10pm, ir-Razzett l-Aħmar.

Author: Janica Spiteri

Related Posts