Membri – Gilbert Kuzza Zahra (kant); Andrew Twisty Christie (kitarra); Joe Pannol Pace (baxx); Antoine Xrk Vella – sintetizzatur.

Dwar – Is- Cyberia ltaqgħu meta kienu fl-istess klassi jistudjaw l-iskultura Firenze. Bdew idoqqu mużika tar-Rinaxximent taħt il-Mro Giulio Cesare Barbetta. Wara 3 snin telqu kollox warajhom u bdew jagħmlu volontarjat il-Kambodja jgħinu l-popolazzjoni indiġena fil-Katekiżmu, Positive Thinking u PSD. Kien hemm li d-drummer tagħhom tilef ħajtu meta ttiekel minn pangolin ġgant.11055364_692418670868651_6499167095391077535_n

B’din il-weġgħa f’qalbhom ħasbu biex jirritornaw Malta, imma nqabdu mir-ribelli li kienu qed jiġġieldu kontra Pinochet. Toni għadu jbati sal-lum bil-PTSD. Bħala terapija, idoqq il-flawt għal 20 minuta kuljum.

Il-Pannol, billi għandu esperjenza fuq trasmissjonijiet VHF, mar l-aghar minnhom kollha. Kif tistgħu taraw kien imsawwat bi ħdura sakemm kellu jkxef is-sigriet ta’ minn fejn tgħallem. Ma nistgħux nikxfu s-sigriet għax ikollna noqtlukom.

Andrew inżamm għal xi żmien f’iżolament ma’ ċertu Victor Jara li għallmu jipprotesta bil- kitarra akustika. Kważi miet bil-ġuħ; sa kellu jiekol il-warrani tiegħu stess. Il-fiżiku tiegħu qatt ma rkupra minn dawk is-snin ġo ċella maqful, b’Dejjem Tiegħek, Becky għaddej għal 24/7 (bl-Ispanjol Ċilen).

Il-Kuzza, fil-verità hu clone. Replikant! Tafdawhx u tafdaw lil ħadd li jindirizza ruħu bhala “Kuzza”, ma’ nies ta’ sess femminili. Hekk jirreplika ruħu indefinittivament. Il-Kuzza jiltaqa’ mal-groupies Maltin.

Jekk tinzertaw xi ħadd ieħor jgħidulu l-Kuzza, kunu żguri li qatt ma jiltaqgħu għax ikun hemm space/time disruption u d-dinja jkollha tagħlaq. Closed for business. Meta ġew lura is-Cyberia sabu manager li jifhimhom, fan tal-Arcane Fire, Nick Cave u tal-films ta’ Jodorowsky.

Dwar is-sett tagħkom waqt Kotra – Ghal Kotra s-Cyberia se jdoqqu dwetti specjali fosthom ma’ Ira Losco, Enzo Gusman, Glenn Bedingfield, Mario Vella, Clinton Paul u Limestone Kick.

Cyberia se jdoqqu f’Kotra ta’ din is-sena nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu fit-8pm, ir-Razzett l-Aħmar.

Author: Janica Spiteri

Related Posts