Membri – Mark Abela (tnabar, kant u kitarra), Samuel Attard (pjanu u sintetizzatur), il-Fre (baxx), Andrew Micallef (kitarra u kant), Evan Vassallo (kitarra).11110755_388772421311421_1444552343433626339_n

Dwar – Il-Brodu hija banda lokali li ddoqq mużika pop/rock bil-Malti. Wara s-suċċess tal-ewwel album tagħhom imsejjaħ “Ħabullabullojb” li tnieda fl-2014, se jdoqqu f’waħda mill-ftit dehriet live għal din is-sena waqt t-tieni edizzjoni ta’ Kotra.

Dwar is-sett tagħkom waqt Kotra:

Waqt Kotra nixtiequ ndoqqu xi erba’ diski ġodda u l-bqija mill-album “Ħabullabullojb”.

Qed nippruvaw nagħmlu diski ġodda li jinstemgħu inqas random mill-antiki, imma ma tantx qed jirnexxilna 🙂

Dis-sena, il-Brodu ma tantx se jdoqqu live, jiġifieri min jixtieq jismagħna għandu jiġi Kotra.

Il-Brodu se jdoqqu f’Kotra ta’ din is-sena nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu fl-10pm, ir-Razzett l-Aħmar.

Author: Janica Spiteri

Related Posts